28.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 320/14
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-7 ta’ Mejju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Sibiu – Ir-Rumanija) – Elena Delia Pondiche vs Statul român, Consiliul Naţional pentru Combaterea Discriminării
(Kawża C-608/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Għoti ta’ allowances għall-ulied dipendenti - Determinazzjoni tal-liġi applikabbli skont id-data tat-twelid tal-wild u mhux skont id-data tal-konċepiment tiegħu - Assenza ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))
(2015/C 320/19)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Sibiu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Elena Delia Pondiche
Konvenuti: Statul român, Consiliul Naţional pentru Combaterea Discriminării
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni biex tirrispondi għad-domandi magħmula mit-Tribunalul Sibiu (Rumanija), b’deċiżjoni tal-20 ta’ Novembru 2014.
(1) ĠU C 89, 16.03.2015.
Full & Egal Universal Law Academy