7.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 102/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Grondwettelijk Hof (il-Belġju) fit-2 ta’ Jannar 2014 – KPN Group Belgium NV & Mobistar NV vs Ministerraad, intervenjenti: Belgacom NV
(Kawża C-1/14)
2014/C 102/16
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Grondwettelijk Hof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: KPN Group Belgium NV & Mobistar NV
Konvenuta: Ministerraad
Intervenjenti: Belgacom NV
Domandi preliminari
1)
Id-Direttiva 2002/22/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali), u b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 32 tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li t-tariffa soċjali għas-sevizzi universali kif ukoll il-mekkaniżmu ta’ kumpens previst fl-Artikolu 13(1)(b) tad-Direttiva “Servizz Universali” japplikaw mhux biss għall-komunikazzjonijiet elettroniċi permezz ta’ lok fiss ma’ netwerk ta’ komunikazzjoni pubbliku, iżda wkoll għall-komunikazzjonijiet elettroniċi permezz ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet mobbli u/jew ta’ abbonamenti tal-internet?
2)
L-Artikolu 9(3) tad-Direttiva “Servizz Universali” għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza lill-Istati Membri li jżidu mas-servizz universali għażliet tarrifarji speċjali għal servizzi oħra li ma humiex dawk iddefiniti fl-Artikolu 9(2) tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq?
3)
Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel u għat-tieni domanda, id-dispożizzjonijiet inkwistjoni tad-Direttiva “Servizz Universali” huma kompatibbli mal-prinċipju ta’ ugwaljanza, kif jinsab fost l-oħrajn fl-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (2)?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367
(2) ĠU 2000, C 364, p. 1
Full & Egal Universal Law Academy