8.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 71/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Jannar 2014 — proċeduri kriminali kontra Thi Bich Ngoc Nguyen u Nadine Schönherr
(Kawża C-2/14)
2014/C 71/20
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Thi Bich Ngoc Nguyen
Nadine Schönherr
Parti oħra fil-proċeduri: Generalbundesanwalt beim Bundesgerichtshof
Domanda preliminari
Prodotti mediċinali kif iddefiniti bid-Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (1), li fihom “sustanza klassifikata” skont ir-Regolamenti Nru 273/2004 (2) u Nru 111/2005 (3) huma dejjem esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti skont l-Artikolu 2(a) ta’ dawn ir-regolamenti, jew dan għandu biss jiġi preżunt jekk il-prodotti mediċinali jkunu komposti b’tali mod li s-sustanzi kklassifikati jistgħu jintużaw u jiġu estratti faċilment u ekonomikament biss fis-sens ta’ dawn ir-regolamenti?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69.
(2) Regolament (KE) Nru 273/2004, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, dwar prekursuri tad-droga (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 8, p. 46).
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005, tat-22 ta’ Diċembru 2004, li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta’ kummerċ fil-prekursuri ta’ drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi (ĠU 2008, L 333M, p. 472).
Full & Egal Universal Law Academy