28.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshof (l-Awstrija) fid-9 ta’ Jannar 2014 – Wucher Helicopter GmbH u Euro-Aviation Versicherungs AG vs Fridolin Santer
(Kawża C-6/14)
2014/C 129/10
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Appellanti (konvenuti fl-ewwel istanza): Wucher Helicopter GmbH, Euro-Aviation Versicherungs AG
Appellata (rikorrenti fl-ewwel istanza): Fridolin Santer
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 3(g) tar-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ajruplani (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li tkun tinsab f’ħelikopter proprjetà ta’ trasportatur tal-ajru Komunitarju
—
li, għalkemm tkun qiegħda tiġi ttrasportata fuq bażi kuntrattwali (f’dan il-każ kuntratt konkluż bejn it-trasportatur tal-ajru u l-persuna li timpjega lill-persuna msemmija),
—
it-trasport tagħha jkun qiegħed madankollu jitwettaq għall-finijiet ta’ xogħol partikolari (f’dan il-każ sabiex tiskatta valangi),
u
—
li tikkontribwixxi għal dan ix-xogħol billi taġixxi bħala “gwida li għandha għarfien tajjeb taż-żona” u li, fuq l-istruzzjonijiet tal-pilota, għandha tiftaħ il-bieba tal-ħelikopter waqt it-titjira u żżommha miftuħa b’ċertu mod u għal ċertu tul ta’ żmien,
a)
hija “passiġġier”
jew
b)
tagħmel parti mill-“membri li huma xogħol kemm il-membri tal-ekwipaġġ u il-membri tal-gabina”?
2)
Jekk id-domanda 1(a) teżiġi risposta fl-affermattiv:
L-Artikolu 17(1) tal-Konvenzjoni ta’ Montréal għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport Internazzjonali bl-Ajru, tat-28 ta’ Mejju 1999 (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “passiġġier” previst f’dan l-artikolu jkopri wkoll, fi kwalunkwe każ, il-kunċett ta’ “passiġġier” fis-sens tal-Artikolu 3(g) tar-Regolament (KE) Nru 785/2004?
3)
Jekk id-domanda 2 teżiġi risposta fin-negattiv:
L-Artikolu 17(1) tal-Konvenzjoni ta’ Montréal għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuna li tkun tinsab f’ħelikopter proprjetà ta’ trasportatur tal-ajru Komunitarju fiċ-ċirkustanzi deskritti fid-domanda 1 hija “passiġġier” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 160.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 492.
Full & Egal Universal Law Academy