12.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sozialgericht Duisburg (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Jannar 2014 – Ana-Maria Talasca, Angelina Marita Talasca vs Stadt Kevelaer
(Kawża C-19/14)
2014/C 142/10
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Sozialgericht Duisburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ana-Maria Talasca, Angelina Marita Talasca
Konvenuta: Stadt Kevelaer
Domandi preliminari
a)
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tal-Ktieb II tas-Sozialgesetzbuch huwa kompatibbli mad-dritt tal-Komunità Ewropea?
b)
Fil-każ ta’ risposta negattiva, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha temenda s-sitwazzjoni legali fis-seħħ jew inkella tirriżulta direttament sitwazzjoni legali ġdida u, f’dak il-każ, liema waħda?
c)
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tal-Ktieb II tas-Sozialgesetzbuch għandu jibqa’ fis-seħħ sakemm l-istituzzjonijiet tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja jwettqu l-emenda leġiżlattiva (jekk ikun il-każ) neċessarja?
Full & Egal Universal Law Academy