1.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 61/7
Appell ippreżentat fis-16 ta’ Jannar 2014 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fil-5 ta’ Novembru 2013 fil-Kawża T-512/09, Rusal Armenal ZAO vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-21/14 P)
2014/C 61/11
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Brakeland, M. França u T. Maxian Rusche, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Rusal Armenal ZAO, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża), tal-5 ta’ Novembru 2013, innotifikata lill-Kummissjoni fis-6 ta’ Novembru 2013, fil-Kawża T-512/09 Rusal Armenal ZAO vs Il-Kunsill;
—
tiċħad l-ewwel motiv tar-rikors fl-ewwel istanza bħala li ma huwiex fondat fid-dritt;
—
tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din teżamina l-motivi l-oħra mill-ġdid;
—
tirriżerva l-ispejjeż tal-proċeduri fl-ewwel istanza u fl-appell.
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni ssostni li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata għar-raġunijiet li ġejjin:
L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet ultra petita.
It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 2(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fil-mument tal-adozzjoni tiegħu kif ukoll l-għan imfittex mil-leġiżlatur Komunitarju, fis-sens tal-ġurisprudenza Nakajima (2), meta adotta dik id-dispożizzjoni.
It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju ta’ bilanċ istituzzjonali.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45.
(2) Sentenza tas-7 ta’ Mejju 1991, Nakajima vs Il-Kunsill (C-69/89, Ġabra p. I-2069, punti 28 sa 32), ikkonfermata bis-sentenza tat-23 ta’ Novembru 1999, Il-Portugall vs Il-Kunsill (C-149/96, Ġabra p. I-8395, punt 49), ara wkoll is-sentenza tad-9 ta’ Jannar 2003, Petrotub u Republica vs Il-Kunsill (C-76/00 P, Ġabra p. I-79, punti 53 sa 56).
Full & Egal Universal Law Academy