15.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sø- og Handelsretten (id-Danimarka) fis-16 ta’ Jannar 2014 — Post Danmark A/S vs Konkurrencerådet
(Kawża C-23/14)
2014/C 78/10
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Sø- og Handelsretten
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Post Danmark A/S
Konvenuta: Konkurrencerådet
Parti oħra fil-proċedura: Bring Citymail Denmark A/S
Domandi preliminari
(1)
Liema linji gwida għandhom jiġu segwiti sabiex jiġi ddeterminat jekk l-użu minn impriża dominanti ta’ sistema ta’ tnaqqis li tapplika limiti ta’ volum standardizzati, li għandha barra minn hekk il-karatteristiċi deskritti fil-punti 10 sa 11 tad-digriet tar-rinviju, jikkostitwixxix abbuż minn pożizzjoni dominanti bi ksur tal-Artikolu 82 KE?
Fil-kuntest tar-risposta tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tippreċiża l-importanza li għandu, fl-evalwazzjoni, il-fatt li l-iskali tas-sistema ta’ tnaqqis ikunu jew jkunux stabbiliti b’tali mod li s-sistema tkun applikabbli għall-parti l-kbira tal-klijenti fis-suq.
Fil-kuntest tar-risposta tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tippreċiża wkoll l-importanza li għandhom, skont il-każ, il-prezzijiet u l-ispejjeż tal-impriża dominanti fl-evalwazzjoni ta’ tali sistema ta’ tnaqqis fir-rigward tal-Artikolu 82 KE (jiġifieri l-importanza tal-kriterju tat-tip “kompetitur daqstant effettiv”).
Parallelament, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tippreċiża l-importanza li għandhom f’dan ir-rigward il-karatteristiċi tas-suq, u b’mod partikolari jekk dawn jistgħux jiġġustifikaw ir-rikors għal eżamijiet u analiżi differenti minn kriterju tal-“kompetitur daqstant effettiv” sabiex jintwera l-effett ta’ esklużjoni (ara, f’dan ir-rigward, il-punt 24 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji Gwida dwar il-prijoritajiet ta’ infurzar tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 82 tat-Trattat KE għal imġiba esklużjonarja abbużiva minn impriżi dominanti).
(2)
Sa liema punt l-effett antikompetittiv ta’ sistema ta’ tnaqqis li għandha l-karatteristiċi deskritti fil-punti 10 sa 11 tad-digriet tar-rinviju għandu jkun probabbli u gravi sabiex jiġġustifika l-applikazzjoni tal-Artikolu 82 KE?
(3)
Fid-dawl tar-risposti mogħtija għall-ewwel u għat-tieni domandi, liema huma ċ-ċirkustanzi preċiżi li l-qorti nazzjonali għandha tieħu inkunsiderazzjoni sabiex tevalwa jekk sistema ta’ tnaqqis, f’kuntest bħal dak li huwa deskritt fid-digriet tar-rinviju (jiġifieri fid-dawl tal-karatteristiċi tas-suq u dawk tas- sistema ta’ tnaqqis), għandha jew jista’ jkollha konkretament effett ta’ esklużjoni fis-suq tali li jikkostitwixxi abbuż li jaqa’ taħt l-Artikolu 82 KE?
F’dan ir-rigward, huwa meħtieġ li l-effett ta’ esklużjoni fis-suq ikun notevoli ?
Full & Egal Universal Law Academy