24.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht München (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Jannar 2014 – Puma SE vs Hauptzollamt Nürnberg
(Kawża C-34/14)
2014/C 194/11
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht München
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Puma SE
Konvenut: Hauptzollamt Nürnberg
Domandi preliminari
1)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 (1), tal-5 ta’ Ottubru 2006, [li] jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (KE) Nru 1294/2009 (2), tat-22 ta’ Diċembru 2009, li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li ġej mill-Vjetnam u li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċertu tipi ta’ xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda kkunsinnati mill-Makaw SAR, sew jekk dikjarati li joriġinaw fil-Makaw SAR sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (3), huma kompletament validi sa fejn ma ġewx annullati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tagħha tat-2 ta’ Frar 2012 u tal-15 ta’ Novembru 2012 fil-Kawżi C-249/10 P u C-247/10 P?
2)
Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv u r-regolamenti msemmija ma humiex kompletament invalidi:
a)
Fir-rigward ta’ liema esportaturi u produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u fil-Vjetnam, li mingħandhom ir-rikorrenti xtrat prodotti bejn is-snin 2006 u 2011, huma invalidi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006, tal-5 ta’ Ottubru 2006, [li] jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (KE) Nru 1294/2009, tat-22 ta’ Diċembru 2009, li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li ġej mill-Vjetnam u li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċertu tipi ta’ xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda kkunsinnati mill-Makaw SAR, sew jekk dikjarati li joriġinaw fil-Makaw SAR sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96?
b)
L-annullament totali jew parzjali tar-regolamenti msemmija jikkostitwixxi ċirkustanzi imprevedibbli jew forza maġġuri fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 236(2) tal-Kodiċi Doganali?
(1) ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 485.
(2) ĠU L 352, p. 1.
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45).
Full & Egal Universal Law Academy