7.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 102/18
Appell ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2014 minn Enercon GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-12 ta’ Novembru 2013 fil-Kawża T-245/12 – Gamesa Eólica, SL vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-35/14)
2014/C 102/24
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Enercon GmbH (rappreżentanti: J. Eberhardt, R. Böhm, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Gamesa Eólica, SL
Talbiet tal-appellanti
—
Annullament tas-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fit-12 ta’ Novembru 2013 fil-Kawża T-245/12;
—
Kundanna tal-UASI għall-ispejjeż tal-proċedura.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti tqis li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata għar-raġunijiet segwenti:
1.
Il-Qorti Ġenerali ma involvietx lill-appellanti fil-proċedura u ma nnotifikatilhiex is-sentenza tagħha, għaliex din tal-aħħar ma ppreżentatx risposta. Għalhekk, il-Qorti Ġenerali aġixxiet bi ksur tar-Regoli tal-Proċedura tagħha u kisret id-drittijiet ta’ proprjetà tal-appellanti meta rrifjutatilha proċedura ġudizzjarja regolari.
2.
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta qieset li t-trade mark ikkontestata kienet trade mark bil-kulur per se, u ma kellhiex tirreferi għal din il-kategorija bħala l-unika bażi ta’ evalwazzjoni tal-karattru distintiv tat-trade mark.
Full & Egal Universal Law Academy