7.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 102/18
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-37/14)
2014/C 102/25
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u B. Stromsky, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża
Talbiet tar-rikorrenti
—
tikkonstata li billi ħaditx, fit-termini preskritti, il-miżuri kollha neċessarji sabiex tirkupra mingħand il-benefiċjarji l-għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern mill-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/402/KE, tat-28 ta’ Jannar 2009, dwar il-“pjanijiet ta’ kontinġenza” fis-settur tal-frott u tal-ħaxix implimentati mir-Repubblika Franċiża (1) u billi ma informatx lill-Kummissjoni, fit-terminu stabbilit, bil-miżuri meħuda sabiex tikkonforma ruħha ma’ din id-deċiżjoni, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-imsemmija deċiżjoni.
—
tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu stabbilit permezz tad-deċiżjoni għall-irkupru tal-għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali skada mingħajr ma kienet ġiet irkuprata t-totalità ta’ din l-għajnuna.
Issa, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenuta kienet għadha ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex tirkupra l-għajnuna mogħtija mingħand l-impriżi benefiċjarji, u lanqas ma kienet għadha kkomunikat lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha mitluba.
(1) ĠU L 127, p. 11.
Full & Egal Universal Law Academy