7.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 102/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Jannar 2014 – Bodenverwertungs- und -verwaltungs GmbH (BVVG) et
(Kawża C-39/14)
2014/C 102/26
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bodenverwertungs- und -verwaltungs GmbH (BVVG)
Intervenjenti: Thomas Erbs, Ursula Erbs
Awtorità kompetenti fir-rigward tal-awtorizzazzjoni: Landkreis Jerichower Land
Domanda preliminari
L-Artikolu 107(1) TFUE jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħalma huwa l-punt 3 tal-Artikolu 9(1) tal-Grundstücksverkehrsgesetz [Liġi Ġermaniża dwar it-tranżazzjonijiet li jinvolvu proprjetà immobbli], li, bil-għan li jittejbu l-istrutturi agrikoli, tipprojbixxi lil entità li tkun estensjoni tal-Istat, bħalma hija BVVG, milli tbiegħ lil min jagħmel l-ogħla offerta, fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti pubblika, art agrikola li tkun tinsab għall-bejgħ f’sitwazzjoni fejn l-ogħla offerta tkun ferm sproporzjonata meta mqabbla mal-valur tal-art?
Full & Egal Universal Law Academy