7.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 102/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fis-27 ta’ Jannar 2014 – Direction générale des douanes et droits indirects, Chef de l’agence de poursuites de la Direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières, Direction régionale des douanes et droits indirects de Lyon vs Utopia SARL, li l-isem kummerċjali tagħha huwa Marshall Bioresources
(Kawża C-40/14)
2014/C 102/27
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Direction générale des douanes et droits indirects, Chef de l’agence de poursuites de la Direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières, Direction régionale des douanes et droits indirects de Lyon
Konvenuta: Utopia SARL, li l-isem kummerċjali tagħha huwa Marshall Bioresources
Domandi preliminari
1)
Importatur ta’ annimali speċjalment ippreparati biex jintużaw fil-laboratorju jista’ jibbenefika mill-eżenzjoni mid-dazju fuq l-importazzjoni prevista għal dan it-tip ta’ merkanzija mill-Artikolu 60 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83, tat-28 ta’ Marzu 1983, li jwaqqaf sistema Komunitarja ta’ eżenzjoniiet minn dazju doganali (1), meta huwa nnifsu ma huwiex stabbiliment pubbliku jew ta’ utilità pubblika, jew privata ċċertifikat, li għandu bħala attività prinċipali t-tagħlim jew ir-riċerka xjentifika, iżda li bħala klijenti għandu stabbilimenti li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet?
2)
Ir-regola ġenerali 5(b) tar-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda għandha tiġi interpretata fis-sens li gaġeġ li jservu għat-trasport ta’ annimali ħajjin intiżi għar-riċerka f’laboratorju jaqgħu taħt il-kategorija ta’ ppakkjar fis-sens ta’ din ir-regola?
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, il-kliem “jidhru biċ-ċar li huma qegħdin għal użu repetittiv” li japplikaw għal dan l-ippakkjar għandhom jiġu evalwati b’mod ġenerali jew biss fir-rigward ta’ użu mill-ġdid fit-territorju tal-Unjoni?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 1, p. 419
Full & Egal Universal Law Academy