8.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 71/13
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2014 — Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-44/14)
2014/C 71/22
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: A. Rubio González, aġent)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013 (1), li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza tal-Fruntieri (Eurosur).
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ksur tad-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikoli 4 u 5 tal-Protokoll ta’ Schengen. L-Artikolu 19 tar-Regolament Eurosur jistabbilixxi proċedura ad hoc għall-parteċipazzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda ta’ Fuq fl-Eurosur permezz ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni. Għaldaqstant dan jipprovdi għal proċedura għall-parteċipazzjoni ta’ dawn l-Istati Membri fil-marġni tal-Artikolu 4 tal-Protokoll ta’ Schengen, li jittratta lir-Renju Unit u lill-Irlanda materjalment bl-istess mod bħal pajjiżi terzi barra mill-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 295, p. 11
Full & Egal Universal Law Academy