12.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Ítélőtábla (l-Ungerija) fis-27 ta’ Jannar 2014 – proċeduri kriminali kontra István Balázs u Dániel Papp
(Kawża: C-45/14)
2014/C 142/12
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Ítélőtábla
Partijiet fil-kawża prinċipali
Akkużati: István Balázs u Dániel Papp
Parti oħra: Fővárosi Fellebbviteli Főügyészség
Domandi preliminari
Il-leġiżlazzjoni jew l-assenza ta’ leġiżlazzjoni dwar teħid ta’ proċeduri kriminali b’mod legali imsemmija fl-Artikolu 2 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali Ungeriż
1)
hija kuntrarja għall-implementazzjoni tad-“dritt għal rimedju effettiv u għal proċeduri imparzjali” stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;
2)
twassal għal ksur tad-“dritt li wieħed ma jiġix iġġudikat jew jingħata piena darbtejn għall-istess reat” imsemmi fl-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fl-Artikolu 14(7) tal-Ftehim Internazzjonali fuq id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u fl-Artikolu 4(1) tal-Protokoll Nru 7 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, iffirmata f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950,
3)
u/jew il-“projbizzjoni ta’ l-abbuż ta’ dritt” imsemmi fl-Artikolu 54 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?
Full & Egal Universal Law Academy