12.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Jannar 2014 – Jürgen Kaiser vs Condor Flugdienst GmbH
(Kawża C-46/14)
2014/C 142/13
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Rüsselsheim
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Jürgen Kaiser
Konvenuta: Condor Flugdienst GmbH
Domandi preliminari
Trasportatur tal-ajru għandu, sabiex ikun jista’ jinvoka l-possibbiltà ta’ eżonerazzjoni prevista fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament [Nru 261/2004] (1), jallega u jipprova li huwa jkun ħa l-miżuri raġonevoli kollha sabiex jevita l-konsegwenzi prevedibbli taċ-ċirkustanzi eċċezzjonali fil-forma ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil jew li huwa ma kellux il-possibbiltà li jieħu tali miżuri raġonevoli?
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).
Full & Egal Universal Law Academy