7.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 102/21
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2014 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-48/14)
2014/C 102/30
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio u J. Rodrigues, aġenti)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li tistabbilixxi rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (1);
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Parlament jinvoka tliet motivi insostenn tar-rikors tiegħu.
L-ewwel nett, il-Parlament isostni li l-għażla tal-bażi legali użata mill-Kunsill hija żbaljata, minħabba li l-miżuri li huma s-suġġett tad-direttiva kkontestata jaqgħu taħt il-kompetenzi tal-Unjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-ambjent, imsemmija fl-Artikolu 192 TFUE. Dawn il-miżuri għaldaqstant kellhom jiġu adottati fuq il-bażi ta’ dan l-artikolu, skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, u mhux fuq il-bażi tal-Artikoli 31 u 32 EA.
It-tieni nett, il-Parlament jirrileva li d-direttiva kkontestata tippreġudika ċ-ċertezza legali billi tistabilixxi regoli ta’ stħarriġ u ta’ analiżi li jimponu ruħhom fuq dawk diġà fis-seħħ skont id-Direttiva 98/83/KE (2).
Fl-aħħar nett, il-Parlament jikkunsidra li bl-adozzjoni tad-direttiva kkontestata, il-Kunsill kiser il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali bejn l-istituzzjonijiet, imsemmija fl-Artikolu 13(2) TUE.
(1) ĠU L 296, p. 12.
(2) Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE, tat-3 ta’ Novembru 1998, dwar il-kwalità ta’ l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 90).
Full & Egal Universal Law Academy