29.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte (l-Italja) fit-3 ta’ Frar 2014 — CASTA et vs A.S.L. di Ciriè, Chivasso e Ivrea (ASL TO4) u Regione Piemonte
(Kawża C-50/14)
2014/C 93/33
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Consorzio Artigiano Servizio Taxi e Autonoleggio (CASTA), Galati Lucimorto Roberto — Autonoleggio Galati, Seren Bernardone Guido — Autonoleggio Seren Guido
Konvenuta: Azienda Sanitaria Locale di Ciriè, Chivasso e Ivrea (ASL T04), Regione Piemonte
Domandi preliminari
(1)
Id-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi — fil-kawża ineżami, dwar kuntratti esklużi, il-prinċipji ġenerali ta’ kompetizzjoni libera, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza u ta’ proporzjonalità — jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-attribuzzjoni diretta tas-servizz ta’ trasport mediku lil assoċjazzjonijiet ta’ volontarjat li jkunu prinċipalment organizzati fuq il-bażi ta’ ħidma mingħajr ħlas u fuq il-bażi ta’ rimbors ġenwin tal-ispejjeż?
(2)
Fil-każ li dan it-tip ta’ attribuzzjoni jitqies li huwa kompatibbli mad-dritt [tal-Unjoni], huwa meħtieġ li jsir minn qabel paragun tal-offerti minn operaturi simili oħra (jekk ikun il-każ anki minn operaturi Komunitarji) li jkunu intitolati għal attribuzzjoni diretta, b’tali mod li jiġi limitat ir-riskju ta’ espożizzjoni għal spejjeż żejda jew sproporzjonati, u, f’dan il-każ, il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-attribuzzjoni diretta għandha tiġi interpretata f’dan is-sens?
(3)
Fil-każ li dan it-tip ta’ attribuzzjoni jitqies li huwa kompatibbli mad-dritt [tal-Unjoni], l-assoċjazzjonijiet ta’ volontarjat benefiċjarji ta’ attribuzzjoni diretta għandhom ikunu suġġetti għal limiti preċiżi, fil-forma ta’ perċentwali, fir-rigward tal-aċċess parallel għas-suq, u, f’dan il-każ, il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi n-natura marġinali tal-attivitajiet kummerċjali ta’ dawn l-assoċjazzjonijiet għandha tiġi interpretata f’dan is-sens?
Full & Egal Universal Law Academy