12.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Frar 2014 – Pfeifer & Langen GmbH & Co. KG vs Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung
(Kawża C-51/14)
2014/C 142/14
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pfeifer & Langen GmbH & Co. KG
Konvenuti: Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung
Domandi preliminari
1.
L-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1998/78 (1) jirregola b’mod definittiv is-sostituzzjoni taz-zokkor fil-qasam tal-kumpens għall-ispejjeż tal-ħażna u din id-dispożizzjoni ma tiffissax bħala kundizzjoni l-fatt li z-zokkor għas-sostituzzjoni għandu jkun maħdum minn produttur ieħor stabbilit fit-territorju tal-istess Stat Membru?
2.
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1998/78 jipprovdi, li sabiex jinkiseb ir-rimbors tal-ispejjeż tal-ħażna, iz-zokkor Ċ għas-sostituzzjoni jkun “materjalment mibdul” għand il-produttur taz-zokkor?
3.
Fil-każ li l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2670/81 (2) ikun applikabbli fil-każ tas-sostituzzjoni taz-zokkor: l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2670/81 jipprovdi li, sabiex jinkiseb ir-rimbors għall-ispejjeż tal-ħażna taz-zokkor, iz-zokkor Ċ għas-sostituzzjoni jkun “materjalment mibdul”?
4.
Sussidjarjament, id-dispożizzjoni tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2670/81 hija nulla sa fejn teħtieġ li z-zokkor għas-sostituzzjoni jkun “maħdum minn manifattur [produttur] ieħor stabbilit fit-territorju ta’ l-istess Stat Membru”?
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1998/78, tat-18 ta’ Awwissu 1978, li jippreskrivi regoli dettaljati sabiex jiġu kkumpensati l-ispejjeż tal-ħażna taz-zokkor (ĠU L 231, p. 5).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2670/81, tal-14 ta’ Settembru 1981, li jippreskrivi regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni rigward il-produzzjoni taz-zokkor li taqbeż il-kwota (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 5, p. 85).
Full & Egal Universal Law Academy