5.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 135/21
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Turnhout (il-Belġju) fil-5 ta’ Frar 2014 – Openbaar Ministerie vs Marc Emiel Melanie De Beuckeleer et
(Kawża C-56/14)
2014/C 135/24
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van eerste aanleg te Turnhout
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Openbaar Ministerie.
Konvenuti: Marc Emiel Melanie De Beuckeleer, Michiel Martinus Zeeuws, Staalbeton NV/SA
Domandi preliminari
L-obbligu tad-dikjarazzjoni minn qabel LIMOSA dwar l-impjegati, previst fl-Artikoli 137 sa 152 tal-Liġi ta’ pprogrammar tas-27 ta’ Diċembru 2006, huwa inkompatibbli mal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ggarantita mill-Artikolu 49 KE u mill-Artikolu 56 TFUE?
Full & Egal Universal Law Academy