20.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 127/6
Appell ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2014 minn Recaro Holding GmbH, li qabel kienet Recaro Beteiligungs-GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-21 ta’ Novembru 2013 fil-Kawża T-524/12: Recaro Holding GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-57/14 P)
(2015/C 127/08)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Recaro Holding GmbH, li qabel kienet Recaro Beteiligungs-GmbH (rappreżentant: J. Weiser, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
B’digriet tal-14 ta’ Jannar 2015, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ċaħdet l-appell u ordnat lil Recaro Holding GmbH tbati l-ispejjeż tagħha stess.
Full & Egal Universal Law Academy