12.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Frar 2014 – Hauptzollamt Hannover vs Amazon EU Sàrl
(Kawża C-58/14)
2014/C 142/16
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti fil-kassazzjoni: Hauptzollamt Hannover
Konvenuta fil-kassazzjoni: Amazon EU Sàrl
Domandi preliminari
1)
Id-deskrizzjoni tal-merkanzija tas-subintestatura 8543 7010 tan-Nomenklatura Magħquda (1) għandha tinftiehem fis-sens li jaqa’ taħt din is-subintestatura biss l-apparat li għandu esklużivament funzjonijiet ta’ traduzzjoni jew ta’ dizzjunarju?
2)
Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, għandu jiġi kklassifikat ukoll taħt is-subintestatura 8543 7010 tan-Nomenklatura Magħquda l-apparat li l-funzjoni ta’ traduzzjoni jew ta’ dizzjunarju tiegħu ma hijiex sinjifikattiva meta mqabbla mal-funzjoni prinċipali tiegħu (il-funzjoni ta’ qari)?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nruo2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana, fil-verżjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nruo861/2010, tal-5 ta’ Ottubru 2010, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nruo2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana (ĠU L 284, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy