12.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Frar 2014 – Firma Ernst Kollmer Fleischimport und -export vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas
(Kawża C-59/14)
2014/C 142/17
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Firma Ernst Kollmer Fleischimport und -export
Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas
Domandi preliminari
1)
Meta l-ksur ta’ dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju jiġi kkonstatat biss wara li jkun seħħ preġudizzju, l-irregolarità neċessarja sabiex jibda jiddekorri t-terminu ta’ preskrizzjoni previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 (1), iddefinita fl-Artikolu 1(2) tal-istess regolament, tippresupponi barra minn hekk, minbarra azzjoni jew ommissjoni min-naħa tal-operatur ekonomiku, li jkun ġie ppreġudikat il-baġit ġenerali tal-Unjoni jew il-baġits iġġestiti minnha, b’tali mod li t-terminu ta’ preskrizzjoni jibda jiddekorri biss mill-mument li fih ikun seħħ il-preġudizzju, jew inkella t-terminu ta’ preskrizzjoni jibda jiddekorri mill-azzjoni jew mill-ommissjoni tal-operatur ekonomiku li tikkostitwixxi ksur ta’ dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju, irrispettivament mill-mument li fih ikun seħħ il-preġudizzju?
2)
Fil-każ li għall-ewwel domanda tingħata r-risposta fis-sens li t-terminu ta’ preskrizzjoni jibda jiddekorri biss mill-mument li fih ikun seħħ il-preġudizzju:
preġudizzju fis-sens tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 iseħħ – fir-rigward tal-irkupru ta’ ħlas lura fuq l-esportazzjoni mogħti b’mod definittiv – mill-mument li fih ammont ugwali għall-ħlas lura fuq l-esportazzjoni jkun tħallas lill-esportatur skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KEE) Nru 565/80, mingħajr ma tkun għadha ġiet użata l-garanzija msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80, jew dan iseħħ biss fil-mument tal-użu tal-garanzija jew tal-għoti definittiv tal-ħlas lura fuq l-esportazzjoni?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).
Full & Egal Universal Law Academy