12.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Sibiu (ir-Rumanija) fl-10 ta’ Frar 2014 – Dragoș Constantin Târșia vs Statul român – prin Ministerul Finanțelor și Economiei, Serviciul Public Comunitar Regim Permise de Conducere si Inmatriculare a Autovehiculelor
(Kawża C-69/14)
2014/C 142/20
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Sibiu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Dragoș Constantin Târșia
Konvenuti: Statul român – prin Ministerul Finanțelor și Economiei, Serviciul Public Comunitar Regim Permise de Conducere si Inmatriculare a Autovehiculelor
Domanda preliminari
L-Artikoli 17, 20, 21 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 110 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-prinċipju ta’ ċertezza legali stabbilit mid-dritt Komunitarju [tal-Unjoni] u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jistgħu jiġu interpretati bħala li jipprekludu leġiżlazzjoni bħall-Artikolu 21(2) tal-Liġi Nru 554/2004 li jipprovdi għal reviżjoni interna ta’ sentenzi ta’ qrati nazzjonali mogħtija esklużivament fi kwistjonijiet kontenzjużi amministrattivi bi ksur tal-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt Komunitarju [tal-Unjoni] u li ma jippermettux il-possibbiltà li jirrevedu deċiżjonijiet ta’ qrati nazzjonali mogħtija f’kuntesti li ma humiex proċeduri kontenzjużi amministrattivi (ċivili, kriminali) fil-każ ta’ ksur tal-istess prinċipju ta’ supremazija tad-dritt Komunitarju [tal-Unjoni] f’dawn is-sentenzi?
Full & Egal Universal Law Academy