5.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 135/23
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Administrativo e Fiscal de Viseu (il-Portugall) fl-10 ta’ Frar 2014 – Agrocaramulo – Empreendimentos Agropecuários do Caramulo SA vs Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP (IFAP)
(Kawża C-70/14)
2014/C 135/27
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Administrativo e Fiscal de Viseu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Agrocaramulo – Empreendimentos Agropecuários do Caramulo SA
Konvenut: Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP (IFAP)
Domanda preliminari
Ġaladarba l-Ministeru tal-Agrikoltura, tal-Iżvilupp Rurali u tas-Sajd, IFAP – Instituto de Financiamento de Agricultura e Pescas, IP, iqis li “jistgħu jibbenefikaw minn ħlas lura fuq l-esportazzjoni biss il-prodotti msemmija:
—
fil-Kodiċi tan-Nomenklatura tal-Ħlasijiet Lura fuq l-Esportazzjoni 0207 12 10 9900 – fejn jiġu kklassifikati l-prodotti indikati bħala “tiġieġ 70 %” fejn il-ponta tal-isternu, il-wirk u t-tibja ma humiex kompletament ossifikati, jew
—
fil-Kodiċi tan-Nomenklatura tal-Ħlasijiet Lura fuq l-Esportazzjoni 0207 12 90 9190, li taħtu jaqgħu l-prodotti indikati bħala “tiġieġ 65 %” fejn il-ponta tal-isternu, il-wirk u t-tibja ma humiex kompletament ossifikati”, u, sa fejn l-impriża effettivament esportat tiġieġ hekk imsejjaħ riformat (tiġieġ li jbid maqtul fi tmiem il-perijodu ta’ riproduzzjoni tiegħu, mument li fih l-iskeletru tiegħu jkun kompletament ossifikat), li jaqa’ taħt il-merkanzija indikata bħala “Oħrajn”, bħall-kodiċi ta’ prodott “020712109900” u “020712909190”, indikati fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 3846/87 (1), emendat, rispettivament, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2319/2002 (2), tat-13 ta’ Diċembru 2002, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2180/2003 (3), tal-5 ta’ Diċembru 2003, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE), Nru 2199/2004 (4), tal-10 ta’ Diċembru 2004 u bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE), Nru 2091/2005 (5), tal-15 ta’ Diċembru 2005, dwar il-pubblikazzjoni, rispettivament għas-snin 2003, 2004, 2005 u 2006, tan-nomenklatura tal-prodotti agrikoli għall-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni, jinkludi, jew le, il-prodott “tiġieġ riformat”?
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87, tas-17 ta’ Diċembru 1987, li jistabbilixxi nomenklatura ta’ prodotti agrikoli għal rifużjoni tal-esportazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 7, p. 325).
(2) ĠU L 325, p. 35.
(3) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 41, p. 440.
(4) ĠU L 380, p. 1.
(5) ĠU L 343, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy