7.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 102/25
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Information Rights) (ir-Renju Unit) fl-10 ta’ Frar 2014 – East Sussex County Council vs The Information Commissioner, Property Search Group, Local Government Association
(Kawża C-71/14)
2014/C 102/34
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
First-tier Tribunal (Information Rights)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: East Sussex County Council
Konvenuti: The Information Commissioner, Property Search Group, Local Government Association
Domandi preliminari
1.
Kif għandu jiġi interpretat l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2003/4/KE (1)? B’mod partikolari, tariffa ta’ ammont raġonevoli imposta għall-provvista ta’ tip partikolari ta’ informazzjoni fil-qasam tal-ambjent tista’ tinkludi:
a)
parti mill-ispejjeż sostnuti għaż-żamma ta’ database li hija użata mill-awtorità pubblika bil-għan li twieġeb għat-talbiet għall-informazzjoni ta’ dan it-tip;
b)
l-ispejjeż ġenerali attribwibbli għall-ħin tal-persunal, meħudin inkunsiderazzjoni b’mod adegwat fid-determinazzjoni tal-tariffa?
2.
Huwa kompatibbli mal-Artikolu 5(2) u mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/4/KE, li Stat Membru jipprovdi fil-leġiżlazzjoni tiegħu li awtorità pubblika tista’, għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ informazzjoni fil-qasam tal-ambjent, timponi l-ħlas ta’ ammont li “[…] ma jeċċedix ammont li l-awtorità pubblika tikkunsidra raġonevoli”, jekk id-deċiżjoni ta’ din tal-aħħar dwar dak li jikkostitwixxi “ammont raġonevoli” tkun suġġetta għal stħarriġ amministrattiv u ġudizzjarju kif ipprovdut fid-dritt Ingliż?
(1) Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 375).
Full & Egal Universal Law Academy