12.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fl-10 ta’ Frar 2014 – UAB “Eturas”et vs Lietuvos Respublikos konkurencijos taryba
(Kawża C-74/14)
2014/C 142/22
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: UAB “Eturas”et
Konvenuta: Lietuvos Respublikos konkurencijos taryba
Terzi intervenjenti fil-proċedura: UAB “Aviaeuropa”, UAB “Grand Voyage”, UAB “Kalnų upė”, UAB “Keliautojų klubas”, UAB “Smaragdas travel”, UAB “700LT”, UAB “Aljus ir Ko”, UAB “Gustus vitae”, UAB “Tropikai”, UAB “Vipauta”, UAB “Vistus”
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ fejn operaturi ekonomiċi jipparteċipaw f’sistema ta’ informazzjoni komuni bħal dik deskritta f’dan il-każ u fejn il-Kunsill għall-kompetizzjoni jipprova li avviż tas-sistema fuq limitazzjoni tal-iskontijiet ixxandar fi ħdan din is-sistema u restrizzjoni teknika stabbilita għad-dħul informatiku tar-rata tal-iskontijiet, jista’ jiġi preżunt li dawn l-operaturi kienu jafu jew kellhom neċessarjament ikunu jafu bl-avviż imxandar u li, billi ma opponewx ruħhom għal-limitazzjoni tal-iskontijiet imwettqa, huma qablu magħha b’mod taċitu, u dan jippermetti li huma jinżammu responsabbli għal prattika mifthiema fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE?
2)
Fil-każ li tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda, liema huma l-fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi deċiż jekk operaturi ekonomiċi li jipparteċipaw f’sistema komuni ta’ informazzjoni f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jipparteċipawx fi prattika miftiehma fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE?
Full & Egal Universal Law Academy