12.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hannover (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Frar 2014 – TUIfly GmbH vs Harald Walter
(Kawża C-79/14)
2014/C 142/23
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Hannover
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: TUIfly GmbH
Konvenut: Harald Walter
Domandi preliminari
I.
L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-Regolament ikopri wkoll “tluq antiċipat” mhux imħabbar ta’ titjira bil-konsegwenza li l-passiġġieri ma jkunux jistgħu jieħdu t-titjira inkwistjoni?
II.
Ir-Regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 5, il-kawża tad-dewmien ma hijiex deċiżiva?
III.
L-għan tar-Regolament, jiġifieri l-kumpens għad-dannu li jirriżulta minn telf ta’ ħin, huwa wkoll affettwat meta l-passiġġier jasal iktar kmieni u meta l-ħin li huwa jkollu qabel it-titjira jiġi affettwat b’dan il-mod?
IV.
L-assenza ta’ komunikazzjoni li l-ħin tat-titjira ġie antiċipat, li kellha bħala konsegwenza li l-post tal-vaganzi ntlaħaq iktar tard milli previst, twassal għall-applikazzjoni tar-Regolament?
V.
L-għan tar-Regolament ta’ livell għoli ta’ protezzjoni għandu jkollu l-konsegwenza li l-passiġġier ikun protett minn kull restrizzjoni tal-ħin fid-dispożizzjoni tiegħu, u dan ukoll fir-rigward ta’ tluq antiċipat?
(1) Regolament (KE) Nruo261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).
Full & Egal Universal Law Academy