19.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Frar 2014 – KPN BV vs Autoriteit Consument en Markt (ACM); partijiet oħra: UPC Nederland BV et
(Kawża C-85/14)
2014/C 151/14
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
College van Beroep voor het Bedrijfsleven
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: KPN BV
Konvenuta: Autoriteit Consument en Markt (ACM)
Partijiet oħra fil-proċedura: UPC Nederland BV, UPC Nederland Business BV, Tele2 Nederland BV, BT Nederland BV
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 28 tad-Direttiva “Servizz Universali” (1) jawtorizza l-impożizzjoni ta’ regolarizzazzjoni tariffarja mingħajr ma jkun irriżulta minn analiżi tas-suq li operatur għandu, fir-rigward tas-servizz irregolat, saħħa sinjifikattiva fis-suq, filwaqt li huwa teknikament possibbli li jissejħu, b’mod transkonfinali, numri tat-telefon mhux ġeografiċi u filwaqt li l-uniku ostakolu għall-aċċess għal dawn in-numri jikkonsisti fil-fatt li jiġu applikati tariffi li permezz tagħhom is-sejħa lil numru mhux ġeografiku tiswa iktar milli s-sejħa lil numru ġeografiku?
2)
Jekk l-ewwel domanda tiġi risposta fl-affermattiv, isiru ż-żewġ domandi li ġejjin lill-College:
a.
Il-kompetenza ta’ regolarizzazzjoni tariffarja tapplika anki meta l-influwenza ta’ tariffi iktar għoljin fuq il-volum ta’ sejħiet lil numri mhux ġeografiċi hija biss waħda limitata?
b.
Il-qorti nazzjonali sa fejn għad għandha marġni ta’ diskrezzjoni fir-rigward tal-kwistjoni ta’ jekk miżura tariffarja neċessarja skont l-Artikolu 28 tad-Direttiva “Servizz Universali” hijiex oneru eċċessiv għall-fornitur ta’ tranżitu, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-għanijiet li għandhom jintlaħqu biha?
3)
L-Artikolu 28(1) tad-Direttiva “Servizz Universali” jippermetti l-possibbiltà li l-miżuri msemmija f’din id-dispożizzjoni jkunu adottati minn awtorità li ma hijiex l-awtorità regolatorja nazzjonali li teżerċita l-kompetenza msemmija fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva “tal-Aċċess” (2) u li din l-aħħar awtorità jkollha biss il-kompetenza ta’ applikazzjoni?
(1) Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367).
(2) Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 323).
Full & Egal Universal Law Academy