7.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 102/27
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda
(Kawża C-87/14)
2014/C 102/37
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Enegren, M. van Beek, aġenti)
Konvenut: L-Irlanda
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara li billi naqset milli tapplika d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol għall-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol tat-tobba waqt it-taħriġ (“non-consultant hospital doctors”), l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 3, 5, 6, 17(2) u 17(5) tad-Direttiva
—
tikkundanna lil l-Irlanda għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Artikolu 3
L-Irlanda naqset milli tiżgura, fir-rigwad tat-tobba waqt it-taħriġ, perijodu minimu ta’ serħan f’perijodu ta’ 24 siegħa.
Artikolu 5
L-Irlanda naqset milli tiżgura li t-tobba waqt it-taħriġ ikollhom perijodu minimu mingħajr interruzzjoni ta’ serħan f’kull perijodu ta’ sebat ijiem.
Artikolu 6
L-Irlanda naqset milli tiżgura li l-medja tal-ħin tax-xogħol għal kull perijodu ta’ sebat ijiem ma tkunx teċċedi it-48 siegħa.
Artikolu 17(2)
L-Irlanda naqset milli tiżgura li t-tobba waqt it-taħriġ jingħataw perijodi ekwivalenti ta’ mistrieħ obbligatorju meta jkunu meħtieġa jaħdmu mingħajr ma jużaw il-perijodi ta’ mistrieħ imsemmija fl-Artikoli 3 u 5.
Artikolu 17(5)
L-Irlanda naqset milli tiżgura li t-tobba waqt it-taħriġ ma jaħdmux iktar mis-sigħat ta’ xogħol fil-ġimgħa wara li jiskadi l-perijodu tranżittorju msemmi fl-Artikolu 17(5).
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.
Full & Egal Universal Law Academy