22.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/11
Appell ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2014 minn Przedsiębiorstwo Handlowe Medox Lepiarz Jarosław Lepiarz Alicja sp. j. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2012 fil-Kawża T-591/11 – Przedsiębiorstwo Handlowe Medox Lepiarz Jarosław Lepiarz vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Henkel
(Kawża C-91/14 P)
(2014/C 462/17)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Appellanti: Przedsiębiorstwo Handlowe Medox Lepiarz Jarosław Lepiarz Alicja sp. j. (rappreżentanti: M. Konieczyński u I. Kubiec, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Henkel Corp.
Permezz tad-digriet tat-2 ta’ Ottubru 2014, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell kollu kemm hu, parzjalment bħala inammissibbli, u ddeċidiet li Przedsiębiorstwo Handlowe Medox Lepiarz Jarosław, Lepiarz Alicja sp. j. għandha tbati l-ispejjeż tal-kawża.
Full & Egal Universal Law Academy