19.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tielet Awla tal-Audiencia Provincial de Navarra (Spanja) fis-26 ta’ Frar 2014 – Miguel Angel Zurbano Belaza, Antonia Artieda Soria vs Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A.
(Kawża C-93/14)
2014/C 151/16
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Navarra
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Miguel Angel Zurbano Belaza u Antonia Artieda Soria
Konvenuta: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A.
Domandi preliminari
1)
Fuq preżentazzjoni ta’ talba in personam fl-2009 minn entità bankarja sabiex jiġi rkuprat l-ammont li hija tikkunsidra li huwa dovut lilha mill-klijenti tagħha wara l-bejgħ bis-subbasta tal-proprjetajiet immobbli ipotekati tagħhom, id-Direttiva 93/13/KEE (1) hija applikabbli għall-finijiet tal-eżami tal-klawżoli ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju konkluż fl-1986, fid-dawl tal-fatt li, kemm it-tielet subbasta (19 ta’ Lulju 1993), kemm id-deċiżjonijiet tal-Juzgado li japprovaw l-istralċ tal-interessi (3 ta’ Lulju 2000) kif ukoll, b’mod definittiv, l-aġġudikazzjoni tal-immobbli mis-subbasta (18 ta’ Lulju 2000), seħħew wara l-pubblikazzjoni tal-imsemmija direttiva?
2)
Fuq preżentazzjoni ta’ talba in personam fl-2009 minn entità bankarja sabiex jiġi rkuprat l-ammont li hija tikkunsidra li huwa dovut lilha mill-klijenti tagħha wara l-bejgħ bis-subbasta tal-proprjetajiet immobbli ipotekati tagħhom, il-qorti nazzjonali għandha tinterpreta l-Artikolu 10 tal-Ley 26/1984 fid-dawl tad-Direttiva 93/13, fid-dawl tal-fatt li, kemm it-tielet subbasta (19 ta’ Lulju 1993), kemm id-deċiżjonijiet tal-Juzgado li japprovaw l-istralċ tal-interessi (3 ta’ Lulju 2000) kif ukoll, b’mod definittiv, l-aġġudikazzjoni tal-immobbli mis-subbasta (18 ta’ Lulju 2000), seħħew wara l-pubblikazzjoni tal-imsemmija direttiva?
3)
Il-karattru vinkolanti tar-regola 12 tal-Artikolu 131 tal-Ley Hipotecaria, b’finijiet tal-esklużjoni prevista fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13, jikkonċerna biss il-mod kif għandha sseħħ it-tielet subbasta fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-azzjoni in rem mill-kreditur ipotekarju, mingħajr ma jipprekludi lill-qorti nazzjonali, meta l-kreditur ipotekarju jirrikorri għal azzjoni in personam, milli teżamina jekk il-metodi ta’ kalkolu tal-ammont mitlub huma konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja?
4)
Huwa kuntrarju għal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi (Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva 93/13) li entità bankarja, wara l-bejgħ bis-subbasta tal-immobbli ipotekati u l-aġġudikazzjoni tagħhom għal ammont “inadegwat”, tressaq azzjoni in personam kontra l-klijenti tagħha, billi tikkunsidra l-imsemmi ammont “inadegwat”, offert f’dak iż-żmien bis-subbasta għall-immobbli, sabiex jiġi ffissat l-ammont tad-debitu mitlub?
5)
Fuq preżentazzjoni ta’ azzjoni in personam fl-2009 minn entità bankarja għall-finijiet li jiġi rkuprat l-ammont li hija tikkunsidra dovut lilha mill-klijenti tagħha wara l-bejgħ bis-subbasta tal-immobbli ipotekati tagħhom, li ġie aġġudikat lilha għal prezz “inadegwat”, in-nuqqas milli jiġu kkunsidrati r-riformi leġiżlattivi li twettqu mil-Ley 1/2000 u 4/2011 imur kontra l-prinċipju ġenerali tal-ugwaljanza fit-trattament?
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).
Full & Egal Universal Law Academy