12.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/28
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-6 ta’ Marzu 2014 – FCD – Fédération des entreprises du commerce et de la distribution, FMB – Fédération des magasins de bricolage et de l’aménagement de la maison vs Ministre de l’écologie, du développement durable et de l’énergie
(Kawża C-106/14)
2014/C 142/35
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: FCD – Fédération des entreprises du commerce et de la distribution, FMB – Fédération des magasins de bricolage et de l’aménagement de la maison
Konvenut: Ministre de l’écologie, du développement durable et de l’énergie
Domanda preliminari
L-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 7(2) u mill-Artikolu 33 tar-Regolament Nru 1907/2006 (Reach) (1) huma applikabbli, meta “oġġett” fis-sens ta’ dan ir-regolament ikun kompost minn diversi elementi li jissodisfaw huma stess id-definizzjoni tal-“oġġett” li huwa jipprovdi, biss fir-rigward tal-oġġett immontat jew fir-rigward ta’ kull wieħed mill-elementi li jissodisfaw id-definizzjoni tal-“oġġett”?
(1) Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy