19.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 23 de Madrid (Spanja) fil-11 ta’ Marzu 2014 – Grima Janet Nisttauz Poclava vs Jose María Ariza Toledano (Taberna del Marqués)
(Kawża C-117/14)
2014/C 151/17
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Social no 23 de Madrid
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Grima Janet Nisttauz Poclava
Konvenuta: Jose María Ariza Toledano (Taberna del Marqués)
Domandi preliminari
1)
Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat, maħsub bħala miżura ta’ sostenn għall-impriżi, għal perijodu ta’ prova ta’ sena li matulu hija permessa t-tkeċċija mingħajr ebda kundizzjonijiet, hija kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni u hija kompatibbli mad-dritt fundamentali ggarantit mill-Artikolu 30 tal-Karta [tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea] (1)?
2)
Il-perijodu ta’ prova ta’ sena li għalih huwa suġġett il-kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat, maħsub bħala miżura ta’ sostenn għall-impriżi, imur kontra l-għanijiet u d-dispożizzjonijiet tal-klawżoli 1 u 3 [tal-Ftehim anness mad-]Direttiva 1999/70/KE, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mil-ETUC, mill-UNICE u miċ-ĊEEP (2)?
(1) ĠU C 364, p. 1.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.
Full & Egal Universal Law Academy