26.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 159/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Marzu 2013 – Henricus Cornelis Maria Niessen et vs Condor Flugdienst GmbH
(Kawża C-119/14)
2014/C 159/18
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Rüsselsheim
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Henricus Cornelis Maria Niessen, Angelique Francisca Niessen Steeghs, Melissa Alexandra Johanna Niessen, Kenneth Gerardus Henricus Niessen
Konvenuta: Condor Flugdienst GmbH
Domandi preliminari
1)
L-interventi minn terzi li jaġixxu fuq responsabbiltà tagħhom stess u li ġew fdati b’kompiti relatati mal-attivitajiet ta’ trasportatur tal-ajru jistgħu jiġu kkunsidrati bħala li jikkostitwixxu ċirkustanzi straordinarji fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (1)?
2)
Fil-każ li l-ewwel domanda teħtieġ risposta pożittiva, huwa importanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni li jkun magħruf minn min (kumpannija tal-ajru, operatur tal-ajruport, etc) ġie inkarigat it-terz?
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li [...] jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).
Full & Egal Universal Law Academy