26.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 159/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia n 5 de Cartagena (Spanja) fl-14 ta’ Marzu 2014 – Aktiv Kapital Portfolio Invesment vs Angel Luis Egea Torregrosa
(Kawża C-122/14)
2014/C 159/19
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia n 5 de Cartagena
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Aktiv Kapital Portfolio Invesment
Konvenut: Angel Luis Egea Torregrosa
Domanda preliminari
Id-Direttiva 93/13/KEE (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħall-ordinament ġuridiku Spanjol li ma tippermettix li jiġi mistħarriġ ex officio ad limine litis, fil-proċedura ta’ eżekuzzjoni sussegwenti, it-titolu eżekuttiv ġudizzjarju – digriet mogħti mill-qorti li jtemm il-proċeduri għall-ordni ta’ ħlas fin-nuqqas ta’ oppożizzjoni – sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ klawżoli inġusti fil-kuntratt li wassal għal dan id-digriet li intalbet l-eżekuzzjoni tiegħu, peress li d-dritt nazzjonali jikkunsidra li hija saret res judicata, id-dispożizzjonijiet flimkien tal-Artikoli 551, 552 u 816(2) tal-LEC?
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).
Full & Egal Universal Law Academy