10.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/24
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2014 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-132/14)
2014/C 175/30
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. Liukkonen u L. Visaggio, aġenti)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1385/2013, tas-17 ta’ Diċembru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 u (KE) Nru 1224/2009, u r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1379/2013 u (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, wara l-emenda tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (1);
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Parlament Ewropew jitlob l-annullament tar-Regolament (UE) Nru 1385/2013 li ġie adottat mill-Kunsill fuq il-bażi legali tal-Artikolu 349 TFUE.
Il-Parlament jikkontesta l-għażla ta’ bażi legali użata mill-Kunsill, peress li l-Artikolu 349 TFUE ma jistax ikun bażi legali għall-miżuri kollha adottati iżda biss għal xi wħud minnhom li jikkonsistu f’derogi għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni f’Mayotte. Barra dan, ir-regolament ikkontestat jimplementa wkoll materji li jaqgħu taħt il-politika komuni tas-sajd u tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika, mingħajr ma dawn il-miżuri jirriżultaw mis-sitwazzjoni ekonomika u soċjali strutturali ta’ Mayotte speċifikament.
Skont il-Parlament, l-att inkwistjonigħaldaqstant kellu jiġi adottat, bi qbil mad-diversi suġġetti li jirregola, abbażi tal-Artikoli 43(2), 168(4)(b), u 349 TFUE konġuntament, u mhux abbażi ta’ dan l-aħħar artikolu biss.
(1) ĠU L 354, p. 86
Full & Egal Universal Law Academy