10.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/25
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-133/14)
2014/C 175/31
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, W. Mölls, u D. Martin, aġenti)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-Direttiva tal-Kunsill 2013/64/UE, tas-17 ta’ Diċembru 2013, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/271/KEE u 1999/74/KE, u d-Direttivi 2000/60/KE, 2006/7/KE, 2006/25/KE u 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, wara l-emenda tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (1);
—
iżżomm l-effetti tad-Direttiva 2013/64/UE sad-dħul fis-seħħ ta’ direttiva ġdida bbażata fuq il-bażijiet legali xierqa;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni titlob l-annullament tad-Direttiva 2013/64/UE li l-Kunsill adotta fuq il-bażi legali tal-Artikolu 349 TFUE.
Il-Kummissjoni tikkritika lill-Kunsill talli adotta din id-direttiva filwaqt li hija kienet ipproponiet li dan l-att jiġi bbażat fuq bażijiet legali settorjali, jiġifieri l-Artikoli 43(2), 114, 153(2), 168 u 192(1) TFUE.
Hija tqis li, skont l-iskop u l-għan tad-direttiva kkontestata, l-Artikolu 349 TFUE ma jistax jintuża b’mod validu bħala bażi legali. Dan l-aħħar Artikolu 349 TFUE japplika biss meta jkun hemm deroga mill-prinċipju ta’ applikazzjoni tad-dritt primarju għar-reġjuni ultraperiferiċi, kif stabbilit fl-Artikolu 355(1) TFUE. Issa, kulma tagħmel id-direttiva inkwistjoni, mingħajr ma tidderoga mit-Trattati, huwa li tadatta d-dritt sekondarju sabiex tirrispondi għas-sitwazzjoni maħluqa bil-bdil tal-istatus tal-Majott. Din l-interpretazzjoni hija appoġġata mhux biss mill-formulazzjoni tal-Artikolu 349 TFUE, iżda wkoll mis-sistema tal-bażijiet legali tat-Trattat, kif ukoll mill-oriġini storiċi ta’ dan l-artikolu.
(1) ĠU L 353, p. 8.
Full & Egal Universal Law Academy