16.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 184/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fl-4 ta’ April 2014 – Société Neptune Distribution vs Ministère de l’Économie et des Finances
(Kawża C-157/14)
2014/C 184/20
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Société Neptune Distribution
Konvenut: Ministère de l’Économie et des Finances
Domandi preliminari
1)
Il-bażi ta’ kalkolu ta’ “il-valur ekwivalenti għall-melħ” tal-kwantità ta’ sodju preżenti fi prodotti tal-ikel, fis-sens tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 (1), hija magħmulha biss mill-kwantità ta’ sodju li, imħallta ma’ joni tal-klorur, tifforma klorur tas-sodju, jew melħ tal-mejda, jew inkella tinkludi l-kwantità totali ta’ sodju li jinsab fil-prodott, fil-forom kollha tiegħu?
2)
Fit-tieni ipoteżi, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2000/13/KE u tal-Artikolu 9(1) u (2) tad-Direttiva 2009/54/CE (2), ikkumbinati flimkien mal-Anness III ta’ din id-direttiva, moqrija fid-dawl tar-relazzjoni ta’ ekwivalenza stabbilita bejn is-sodju u l-melħ fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, billi jipprojbixxu lil distributur tal-ilma minerali milli jinkludi fuq it-tikketti u fil-messaġġi pubbliċitarji tiegħu kwalunkwe riferiment għall-kontenut baxx ta’ melħ li jista’ jkollu l-prodott tiegħu li fil-fatt għandu livell għoli ta’ bikarbonat ta’ sodju, sa fejn huwa ta’ natura li jiżgwida lix-xerrej dwar il-kontenut totali ta’ sodju fl-ilma, jiksru l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-Artikolu 11(1) (libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni) u l-Artikolu 16 (libertà tal-intrapriża) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali?
(1) Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, p. 9).
(2) Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Ġunju 2009, dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali (ĠU L 164, p. 45).
Full & Egal Universal Law Academy