10.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/31
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-7 ta’ April 2014 – Alfredo Rendón Marín vs Administración del Estado
(Kawża C-165/14)
2014/C 175/38
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo, Sala de lo Contencioso Administrativo, Sección Tercera
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Alfredo Rendón Marín
Konvenuta: Administración del Estado
Domanda preliminari
Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-possibbiltà li jingħata permess ta’ residenza lil ġenitur ta’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea, li huwa minuri u dipendenti fuqu, minħabba preċedent kriminali fil-pajjiż li fih jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu, minkejja li dan iwassal għad-deportazzjoni tal-minuri mit-territorju tal-Unjoni, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-fatt li jrid jakkumpanja lill-ġenitur tiegħu, hija kompatibbli mal-Artikolu 20 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, interpretat fid-dawl tas-sentenzi tad-19 ta’ Ottubru 2004 (C-200/02) (1) u tat-8 ta’ Marzu 2011 (C-34/09) (2)?
(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Zhu u Chen, EU:C:2004:639
(2) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ruiz Zambrano, EU:C:2011:124
Full & Egal Universal Law Academy