25.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fis-7 ta’ April 2014 – MedEval – Qualitäts-, Leistungs- und Struktur-Evaluierung im Gesundheitswesen GmbH vs Bundesvergabeamt
(Kawża C-166/14)
2014/C 282/22
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: MedEval – Qualitäts-, Leistungs- und Struktur-Evaluierung im Gesundheitswesen GmbH
Konvenut: Bundesvergabeamt
Partijiet oħra: Bundesminister für Wissenschaft, Forschung und Wirtschaft; Hauptverband der österreichischen Sozialversicherungsträger; Pharmazeutische Gehaltskasse für Österreich
Domanda preliminari
Id-dritt tal-Unjoni Ewropea – b’mod partikolari l-prinċipji ġenerali ta’ ekwivalenza u ta’ effettività tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE (1), tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi, kif emendata bid-Direttiva 2007/66/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib fl-effettività ta’ proċeduri ta’ reviżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi – għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi sitwazzjoni ġuridika nazzjonali fejn talba għal dikjarazzjoni ta’ ksur tad-dritt dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għandha ssir fi żmien sitt xhur mill-konklużjoni tal-kuntratt, jekk id-dikjarazzjoni ta’ ksur tad-dritt dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi tkun prerekwiżit mhux biss biex jiġi annullat il-kuntratt iżda wkoll sabiex titressaq talba għad-danni?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246.
(2) ĠU L 335, p. 31.
Full & Egal Universal Law Academy