22.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/11
Appell ippreżentat fis-7 ta’ April 2014 minn Big Line Sas di Graziani Lorenzo mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-13 ta’ Frar 2014 fil-Kawża T-380/12, Demon International vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, Big Line Sas di Graziani Lorenzo
(Kawża C-170/14 P)
(2014/C 462/19)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Big Line Sas di Graziani Lorenzo (rappreżentant: B. Osti, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Demon International, LC, L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Permezz tas-6 ta’ Novembru 2014, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell bħala parzjalment manifestament infondat u parzjalment manifestament inammissibbli.
Full & Egal Universal Law Academy