16.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 184/18
Appell ippreżentat fit-8 ta’ April 2014 minn European Dynamics Belgium SA et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fid-29 ta’ Jannar 2014 fil-Kawża T-158/12, European DynamicsBelgium et vs ΕMEΑ
(Kawża C-173/14)
2014/C 184/22
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Appellanti: European Dynamics Belgium SA, European Dynamics Luxembourg SA, Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE, European Dynamics UK Ltd (rappreżentant: V. Christianos, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA)
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-158/12 tad-29 ta’ Jannar 2014 u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiġi deċiża;
—
tikkundanna lil EMEA għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
1.
L-appellanti jsostnu li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2014 fil-Kawża T-158/12 tinkludi evalwazzjonijiet legali li jiksru b’mod manifest ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u li huma kkontestati f’ dan l-appell.
2.
Skont l-appellanti, is-sentenza appellata għandha tiġi annullata minħabba żball manifest ta’ evalwazzjoni, żnaturament tal-argumenti tagħhom, żball ta’ motivazzjoni u interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tad-dritt tal-Unjoni.
3.
B’mod iktar preċiż, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ aggravji:
—
L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq il-kriterju ġdid li żdied matul il-proċedura ta’ sejħa għal offerti, iżda li ma kienx previst mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. F’dan ir-rigward, l-appellanti jinvokaw żnaturament tal-motiv għal annullament u tal-argumenti li huma kienu invokaw fin-noti bil-miktub tagħhom kif ukoll motivazzjoni difettuża.
—
It-tieni aggravju huwa bbażat fuq l-evalwazzjoni ta’ kriterju ta’ selezzjoni kwalitattiva bħallikieku dan kien kriterju tal-għoti. F’dan ir-rigward, l-appellanti jinvokaw żball ta’ evalwazzjoni, interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tad-dritt tal-Unjoni u motivazzjoni difettuża.
—
It-tielet aggravju huwa bbażat fuq l-evalwazzjoni tal-esperjenza miksuba fil-kuntest ta’ kuntratti preċedenti mal-istess awtorità kontraenti. F’dan ir-rigward, l-appellanti jinvokaw interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tad-dritt tal-Unjoni, żball ta’ evalwazzjoni u motivazzjoni difettuża.
—
Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq evalwazzjoni ta’ kriterju li ma setax jiġi nnotat b’mod oġġettiv. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jinvokaw żball manifest ta’ evalwazzjoni, applikazzjoni żbaljata tad-dritt tal-Unjoni u motivazzjoni difettuża.
Full & Egal Universal Law Academy