21.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 235/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fl-10 ta’ April 2014 – Ralph Prankl
(Kawża C-175/14)
2014/C 235/04
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ralph Prankl
Konvenuta: Bundesfinanzgericht
Domanda preliminari
L-Artikoli 7(1) u (2), u 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti (1), fil-verżjoni li tirriżulta mid-Direttiva tal-Kunsill 92/108/KEE, tal-14 ta’ Diċembru 1992 (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprevedu l-ġbir ta’ dazju tas-sisa speċjali (dak fuq it-tabakk) fuq prodotti suġġetti għal dazji tas-sisa speċjali (sigaretti) li diġà jkunu tqiegħdu għall-konsum fi Stat Membru (fl-ewwel Stat Membru) u, mingħajr id-dokument mehmuż previst fl-Artikolu 7(4) tal-imsemmija direttiva, ġew ittrasportati fuq l-art lejn Stat Membru ieħor (Stat Membru ta’ destinazzjoni) minn Stat Membru wieħed jew diversi Stati Membri (Stati Membri ta’ tranżitu) sabiex jinbiegħu fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni, ukoll fl-Istat Membru ta’ tranżitu?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179.
(2) Direttiva tal-Kunsill 92/108/KEE, tal-14 ta’ Diċembru 1992, li temenda d-Direttiva 92/12/KEE dwar l-arranġamenti ġenerali għal prodotti soġġetti għas-sisa u ż-żamma, moviment u monitoraġġ ta’ tali prodotti u li temenda d-Direttiva 92/81/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 235).
Full & Egal Universal Law Academy