4.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 253/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sala Tercera de lo Contencioso -Administrativo del Tribunal Supremo (Spanja) fl-10 ta’ April 2014 – María José Regojo Dans vs Consejo del Estado
(Kawża C-177/14)
2014/C 253/20
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: María José Regojo Dans
Konvenut: Consejo del Estado
Domandi preliminari
1)
Il-“persunal awżiljarju” attwalment irregolat mill-Artikolu 12 tal-Liġi 7/2007, tat-12 ta’ April 2007, dwar ir-regolamenti bażiċi relatati mal-membri tal-persunal pubbliku u l-“persunal awżiljarju” preċedentement irregolat mill-Artikolu 20(2) tal-Liġi 30/184, tat-2 ta’ April 1984 dwar miżuri għar-riforma tas-servizz pubbliku jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ “ħaddiem għal terminu fiss [żmien determinat]” li tinsab fil-klawżola 3(1) tal-Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat, anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70 (1) , tat-28 ta’ Ġunju 1999?
2)
Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni msemmi fil-klawżola 4(4) tal-imsemmi Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP huwa applikabbli fir-rigward ta’ dan il-“persunal awżiljarju”, sabiex dan jingħatalu d-dritt li jirċievi u jitħallsulu r-remunerazzjonijiet imħallsa abbażi tal-anzjanità lill-uffiċjali pubbliċi, lill-membri tal-persunal bil-kuntratt għal żmien indeterminat, lill-uffiċjali temporanji u lill-membri tal-persunal bil-kuntratt għal żmien determinat?
3)
Is-sistema ta’ ħatra libera u ta’ terminazzjoni libera, ibbażata fuq raġunijiet relatati mal-fiduċja, li tapplika fir-rigward ta’ dan il-“persunal awżiljarju” bis-saħħa taż-żewġ liġijiet Spanjoli ċċitati iktar ’il fuq, taqa’ taħt ir-raġunijiet oġġettivi invokati minn din il-klawżola 4 sabiex jiġi ġġustifikat trattament differenti?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.
Full & Egal Universal Law Academy