7.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 212/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-14 ta’ April 2014 – Proċeduri kriminali kontra G
(Kawża: C-181/14)
2014/C 212/17
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Parti fil-kawża prinċipali
G
Domanda preliminari
L-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2001/83/KE, tas-6 ta’ Novembru 2001 (1), kif emendata bid-Direttiva 2004/27/KE, tal-31 ta’ Marzu 2004 (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li sustanzi jew kombinazzjonijiet ta’ sustanzi fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni li sempliċement jimmodifikaw il-funzjonijiet fiżjoloġiċi tal-bniedem – jiġifieri mingħajr ma jirrestawrawhom jew jikkoreġuhom –, jistgħu jitqiesu li huma prodotti mediċinali biss meta jkollhom użu terapewtiku jew, fi kwalunkwe każ, meta jimmodifikaw il-funzjonijiet fiżiċi b’mod pożittiv? Għaldaqstant, għandhom jiġu esklużi mill-kunċett ta’ prodott mediċinali fis-sens tad-Direttiva, is-sustanzi jew il-kombinazzjonijiet ta’ sustanzi li jiġu kkonsmati biss minħabba l-effetti psikoattivi tagħhom –li jagħtu lok għal stat ta’ telf mis-sensi – u li għalhekk għandhom fi kwalunkwe każ effett perikoluż għas-saħħa?
(1) Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69).
(2) Direttiva 2004/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li temenda d-Direttiva 2001/83/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 262).
Full & Egal Universal Law Academy