24.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fl-14 ta’ April 2014 – A vs B
(Kawża C-184/14)
2014/C 194/20
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: A
Konvenuta: B
Domanda preliminari
Talba għall-manteniment tat-tfal, imressqa fil-kuntest ta’ proceduri ta’ separazzjoni personali tal-konjuġi, tista’ tiġi deċiża, peress li hija ancillari għal dawn il-proċeduri, kemm mill-qorti li quddiemha jkunu pendenti l-proċeduri ta’ separazzjoni kif ukoll mill-qorti li quddiemha jkunu pendenti l-proċeduri dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, abbażi tal-kriterju tal-prevenzjoni, jew għandha neċessarjament tiġi deċiża minn din tal-aħħar, billi ż-żewġ kriterji distinti previsti fil-punti (ċ) u (d) [tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009, tat-18 ta’ Diċembru 2008, dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (1)] huma alternattivi (fis-sens li wieħed neċessarjament jeskludi lill-ieħor)?
(1) ĠU 2009, L 7, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy