14.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 223/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 58 de Madrid (Spanja) fil-15 ta’ April 2014 – Juan Pedro Ludeña Hormigos vs Banco de Santander, S.A.
(Kawża C-188/14)
2014/C 223/04
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia no 58 de Madrid.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Juan Pedro Ludeña Hormigos
Konvenuta: Banco de Santander, S.A.
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 22(1) tal-Liġi 16/09 tat-13 ta’ Novembru 2009, dwar is-servizzi ta’ ħlas, huwa kompatibbli mad-dritt Komunitarju sa fejn jippermetti lil istituzzjoni bankarja li timponi u/jew iżżid l-ispiża tas-servizzi u b’hekk tbiddel il-kundizzjonijiet inizzjalment miftiehma?
2)
Il-fatt li l-utent jista’ jirrexindi kuntratt mingħajr ma jeħel spejjeż jagħtih protezzjoni suffiċjenti?
3)
Huma validi l-klawżoli kuntrattwali, konklużi mill-partijiet, li jippermettu aġir b’mod konformi mad-dispożizzjoni ċċitata fl-ewwel domanda?
4)
Fl-aħħar nett, u fil-każ fejn ir-risposta għad-domandi preċedenti tkun pożittiva, it-terminu ta’ notifika ta’ xahrejn huwa kompatibbli mad-dritt Komunitarju?
Full & Egal Universal Law Academy