14.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 223/4
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tad-Danimarka
(Kawża C-190/14)
2014/C 223/05
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve, U. Nielsen, bħala aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tad-Danimarka
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara li, billi naqas milli jippubblika l-pjanijiet definiti ta’ ġestjoni tad-distrett idrografiku mhux iktar tard mit-22 ta’ Dicembru 2009 u ma bagħtx kopja tagħhom lill-Kummissjoni mhux iktar tard mit-22 ta’ Marzu 2010 , u f’kull każ billi naqas li jinforma lill-Kumissjoni bihom, ir-Renju tad-Danimarka naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma; (1)
—
tikkundanna lir-Renju tad-Danimarka għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Id-Danimarka kemm-il darba rrikonoxxiet – l-iktar darba reċenti fit-18 ta’ Diċembru 2013 fir-risposta tagħha għall-opinjoni motivata supplimentari tal-Kummissjoni – li l-ebda wieħed mill-erba’ distretti idrografiċi tad-Danimarka ma huma koperti mill-pjanijiet definiti ta’ ġestjoni tad-distrett idrografiku, u li kopja tal-pjanijiet definiti ta’ ġestjoni tad-distrett idrografiku għal perijodu ta’ sitt snin li jagħlqu fit-22 ta’ Diċembru 2015 ma ntbgħatux lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni ssostni li d-Danimarka għadha ma kkonformatx ruħha mal-Artikolu 13(1), (2), u (6) tad-Direttiva. Skont ir-risposta tad-Danimarka tat-8 ta’ Mejju 2013, il-ksur tal-Artikolu 13 tad-Direttiva huwa mistenni li jkompli sa Mejju 2014 (approssimattivament 3,5 snin wara t-terminu pprovdut). Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li d-Danimarka għadha ma kkonformatx ruħha mar-rekwiżiti tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva, li fiha t-terminu sabiex tiġi informata l-Kummissjoni kien stabbilit għat-22 ta’ Marzu 2010.
(1) ĠU L 327, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy