7.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 212/17
Appell ippreżentat fil-15 ta’ April 2014 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fid-29 ta’ Jannar 2014 fil-Kawża T-528/09, Hubei Xinyegang Steel Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-193/14 P P)
2014/C 212/19
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, B. O’Connor, Solicitor, S. Gubel, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Hubei Xinyegang Steel Co. Ltd, Il-Kummissjoni Ewropea, ArcelorMittal Tubular Products Ostrava a.s., ArcelorMittal Tubular Products Roman SA, Benteler Deutschland GmbH, li kienet Benteler Stahl//Rohr GmbH, Ovako Tube & Ring AB, Rohrwerk Maxhütte GmbH, Dalmine SpA, Silcotub SA, TMK-Artrom SA, Tubos Reunidos, SA, Vallourec Oil and Gas France, li kienet Vallourec Mannesmann Oil & Gas France, Vallourec Tubes France, li kienet V & M France, Vallourec Deutschland GmbH, li kienet V & M Deutschland GmbH, voestalpine Tubulars GmbH, Železiarne Podbrezová a.s.
Talbiet tal-appellant
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Jannar 2014 fil-Kawża T-528/09 “Hubei Xinyegang Steel Co Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea”;
—
tiċħad l-ewwel parti tat-tielet motiv imqajjem mir-rikorenti fl-ewwel istanza bħala infondat fid-dritt;
—
tirrinvija l-kawża lura lill-Qorti Ġenerali għal rikonsiderazzjoni għall-motivi li jifdal fid-dritt fl-ewwel istanza sa fejn il-fatti ma ġewx stabbiliti mill-Qorti Ġenerali;
—
tikkundanna lil Hubei tħallas l-ispejjeż tal-Kunsill tal-ewwel istanza u tal-appell.
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Kunsill isostni li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata għall-aggravji li ġejjin:
—
l-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku antidumping (1) u żnaturat it-tifsira ċara tal-provi quddiemha, sa fejn għamlet evalwazzjoni selettiva u inkompleta tal-elementi meħtieġa minn dan ir-regolament sabiex jiddeterminaw li l-industrija tal-Unjoni kienet f’sitwazzjoni vulnerabbli fi tmiem il-perijou ta’ investigazzjoni;
—
it-tieni nett, il-Qorti Ġenerali interpretat u applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku antidumping fir-rigward tal-kollass previst fid-domanda;
—
it-tielet nett, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 3(9) tar-Regolament bażiku antidumping dwar l-analiżi tat-theddida tal-ħsara;
—
ir-raba’ nett, il-Qorti Ġenerali eċċediet il-ġurisdizzjoni tagħha, sa fejn issostitwiet l-evalwazzjoni tagħha stess tal-fatturi ekonomiċi li qed jiġu kkunsidrati għal dik tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45; issostitwit bir-Regolament Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45.
Full & Egal Universal Law Academy