14.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 223/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ April 2014 – T.A. van Dijk vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-197/14)
2014/C 223/06
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: T.A. van Dijk
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Domandi preliminari
1)
Fil-kuntest ta’ domanda preliminari mressqa minn qorti nazzjonali inferjuri, il-Hoge Raad, bħala qorti suprema, għandha tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja b’talba għal deċiżjoni preliminari jew għandha tistenna r-risposta mogħtija għad-domanda preliminari magħmula mill-qorti nazzjonali inferjuri, meta hija tqis li l-applikazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni fuq il-punt li dwaru hija ġiet adita tkun ċara b’evidenza li ma tħalli spazju għal ebda dubju raġonevoli fir-rigward tal-mod li bih din id-domanda għandha tintwieġeb?
2)
Fil-każ li l-ewwel domanda teħtieġ risposta pożittiva, l-awtoritajiet Olandiżi kompetenti fil-qasam tas-sigurtà soċjali huma marbuta b’attestazzjoni E 101 maħruġa mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, anki fil-każ fejn din l-attestazzjoni tikkonċerna baħri tad-dgħajjes tax-xmara Rhein u, għalhekk, skont l-Artikolu 7(2)(a) tar-Regolament Nru 1408/71 (1), id-dispożizzjonijiet ta’ din tal-aħħar dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli – punt kopert mill-attestazzjoni – għandhom jiġu injorati?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU L 149, p. 2)
Full & Egal Universal Law Academy